Ce site web porte le label AnySurfer, une marque de qualité belge pour les sites accessibles. Vous trouverez plus d'information sur www.anysurfer.be.

Sauter directement au texte
Accueil | Plan du site | De A à Z | Recherche

Vous êtes ici: Accueil  >  Europe & international  >  Europe  >  Présidence belge du Conseil de l'UE & Bruxelles  >  En maltais (mt)
Présidence belge du Conseil de l'UE & Bruxelles

Brussels and the Belgian Presidency of the Council of the European Union (mt)


   

Brussell u l-Presidenza Belġjana tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Il-Belġju ilu bil-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mill-1 ta’ Lulju 2010. Għaldaqstant għandu rwol importanti fl-organizzazzjoni u fil-promozzjoni tal-attivitajiet Ewropej. Aktar minn qabel, din il-presidenza Belġjana qed tqiegħed lill-Belġju fil-qalba tal-Ewropa.

B’mod konkret, il-Presidenza Belġjana torganizza u tmexxi l-laqgħat tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Tfittex ukoll li ssib soluzzjonijiet u tilħaq ftehim bejn l-Istati Membri u ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE. Fl-aħħar nett, il-Presidenza Belġjana tirrappreżenta l-UE fl-oqsma tal-politika barranija u tal-politika tas-sigurtà.

Nilqgħuk fis-sit tal-Belt ta’ Brussell

Is-sit elettroniku tal-Belt ta’ Brussell jgħinek tiskopri aktar fuq il-Belt Kapitali tal-Ewropa. Brussell jirrappreżenta aktar minn 1,000 sena ta’ kultura, storja u wirt.

Permezz ta’ dan is-sit, il-Belt ta’ Brussell qed toffri tagħrif u ritratti fuqha għall-viżitaturi tagħha. Hemm ukoll kamera li turik b’mod dirett, matul il-jum u matul il-lejl, il-Pjazza l-Kbira ta’ Brussell – post iddikjarat bħala wirt dinji mill-UNESCO. Kamera oħra toffri l-veduti uniċi ta’ Place de Brouckère, filwaqt li hemm kamera oħra mal-Atomium, li toffri veduti panoramiċi ta’ Heysel plateau, u tal-Istadium Roi Baudouin.

Is-sit jinkludi wkoll żjarat virtwali li jgħinu lill-viżitaturi jduru dawra mal-aktar postijiet turistiċi magħrufa ta’ Brussell bħat-Town Hall, l-Atomium, il-Petite Rue des Bouchers f’Ilot Sacré, il-bini tal-Kummissjoni Ewropea, il-pjazez u l-galleriji kif ukoll il-Katidral ta’ San Mikiel Arkanġlu u Santa Gudula.

It-turisti u l-viżitaturi l-ġodda

Dan is-sit joffri tagħrif speċjali għat-turisti, inkluż għat-turisti tan-negozju (bħall-parteċipanti tal-kungressi, tal-fieri u tal-wirjiet tal-kummerċ). Dawn it-turisti jsiru jafu fuq kif jaslu Brussell (sal-ajruport, bil-ferrovija) u fuq kif jistgħu jduru fil-Belt bit-trasport pubbliku. Mis-sit, permezz tas-servizzi ta’ informazzjoni għat-turisti, wieħed jista’ jsib id-dettalji kollha tal-kuntatt (għal pariri u mapep tal-Belt), kif ukoll tagħrif jew ħoloq għal paġni fuq l-akkomodazzjoni fi Brussell (lukandi, b’mod speċjali għaż-żgħażagħ), attrazzjonijiet għat-turisiti (bħall-istatwa tal-funtana Manneken-Pis, li hi waħda mis-simboli ta’ Brussell), mużewijiet fi Brussell, bħall-Musées de la Ville (Mużewijiet tal-Belt), il-Musée Magritte u ċ-Ċentru tal-komiks - il-Belgian Comic Strip Centre.

Hemm ukoll fuljetti turistiċi fuq il-wirt u l-istorja tal-Belt. Dawn tista’ tniżżilhom jew tarahom mis-sit stess.

It-taqsima għat-turisti l-ġodda hi maħsuba biex tħaffef l-esperjenza ta’ dawn in-nies fi Brussell. Din it-taqsima toffri wkoll tagħrif fuq id-dispożizzjonijiet regolatorji (l-iffirmar tar-reġistru tal-popolazzjoni) kif ukoll servizzi aċċessibbli għar-residenti l-ġodda jew tal-futur ta’ Brussell (tiftix għal akkomodazzjoni, crèches, skejjel, reġistrazzjoni għal diversi servizzi, u oħrajn).

Attivitajiet fl-aġenda ta’ Brussell

Fi Brussell jittellgħu ħafna attivitajiet. Is-sit tal-Belt joffri tagħrif fuq dawn l-attivitajiet pubbliċi, kulturali, sportivi jew ta’ divertiment li jkunu se jsiru, kif ukoll fuq l-avvenimenti ta’ skala kbira li jittellgħu.

L-aġenda li hemm (li toffri l-possibbiltà tat-tiftix) tagħmilha possibbli li wieħed jagħżel l-avveniment jew il-preżentazzjoni li jkun jixtieq mill-ħafna li hemm, b’mod speċjali minn fost dawk li se jsiru fit-tieni nofs tal-2010. Dawn jinkludu l-Ommegang Royal Pageant (rikostruzzjoni tal-purċissjoni tal-Imperatur Charles V u divertiment storiku ieħor), it-Tour de France, il-Bruxelles les Bains (attività mtellgħa minn ċentru ta’ btala fil-Belt, b’attrazzjonijiet bl-ilma), il-Foire du Midi, il-Festival tas-sajf ta’ Brussell, it-Tapit tal-Fjuri tal-Pjazza l-Kbira, il-Lejl Imdawwal (lejl kollu divertiment), il-Maratona ta’ Brussell, il-Plaisirs d'Hiver (divertiment tax-xitwa) u s-suq tal-Milied, fost oħrajn.

Is-sit elettroniku tal-Belt ta’ Brussell hu aċċessibbli bi 3 lingwi: bil-Franċiż, bl-Olandiż u bl-Ingliż.


urgences    |     services de garde    |     infos services    |     offres d'emploi    |     location immobilière    |     marchés publics
Nouvelle fenêtre avec les auteurs du site web. Cette page ne correspond pas aux directives AnySurfer.
Grand-Place
1000 Bruxelles
Boulevard Anspach 6
1000 Bruxelles
N° de tél. général
+32(0)22792211
AnySurfer, label de qualité belge pour les sites web accessibles
Site créé et hébergé par GIAL.
Ce site web porte le label AnySurfer, une marque de qualité belge pour
les sites accessibles. Vous trouverez plus d'information sur www.anysurfer.be.